9 – L-għażeb nobbli

It-tmien mhux tas-soltu tażżwieg ta’ Lord St Simon għadu jinteressa lil dawk ambjenti għoljin fejn l-għarus żvinturat kien jiffrekwenta. Skandli aktar riċenti ħadulu postu, u t-tqasqis dar fuq ġrajjiet aktar pikkanti mid-drama li seħħet erba’ snin ilu. Fl-istess ħin ma niżbaljax meta ngħid li l-fatti kollha ta’ x’ġara sew qatt ma saru pubbliċi. F’dan l-inċident sfortunat il-ħabib tiegħi Sherlock Holmes kellu sehem importanti biex il-kwistjoni tintemm, inħoss li l-ebda memorja tiegħu ma tkun kompluta mingħajr ma nagħti ħjiel ta’ dawk il-fatti straordinarji. Kien fadal ftit għażżwieġ tiegħi. Kont għadni noqgħod ma’ Sherlock Holmes f’Baker Street. Jum fost l-oħrajn wara nofs inhar Holmes daħal il-dar wara passiġata u fuq  il-mejda sab ittra tistennieh. Dak inhar kont bqajt ġewwa, għaliex it-temp xejn ma kien sabiħ, b’xita, u ir-riħ tal-ħarifa. Dan it-temp qisu reġa’ qajjem l-balla tat-tribu’ jeżail li laqqat fl-Afganistan u li kienet imdaħħla f’idi qisha relikwija ta’ dak iżżmien. B’dan it-temp l-uġiegħ tagħha beda jtekkek qawwi f’idejja. L-unika mediċina kienet li npoġġi fuq pultruna u mserrah saqajja, u naqra, forsi ninsa l-uġiegħ. Fl-aħħar imxebba’ bl-aħbarijiet, warrabthom u qgħadt bla enerġija, inħares lejn l-arma kbira u l-monogramma (1) stampati fuq l-envelope u naħseb b’ċerta letarġija minn kien il-ħabib nobbli ta’ sieħbi.  “Hawn għandek korrispondenza mis-sulari għolja tas-soċjeta,” għedtlu meta daħal. “Iżżewg ittri li kellek daħghodu, jekk niftakar sew, kienu mingħand bejjiegħ tal-ħut u uffuċjal tad-dwana.” “Tassew l-ittri li nirċievi għandhom is-seħer tal-varjeta’,” rrispondini jitbissem. “U aktar ma jkunu ta’ nies umli aktar ikunu ta’ interess. Dan jidher xi invit soċjali li xejn ma joġgħobni għax jew ikun  ksir il-għajn jew inkella wieħed fejn dak li jkun ikollu jigdeb biex jiskansahom
Kisser is-siġill u ta’ daqqa t’għajn lejn l-ittra.NB 01
“Tgħid xejn, wara kollox tista’ tinżerta xi ħaġa interessanti.”
“Mela mhux invit soċjali?” staqsejtu.
“Le, strettament professjonali.”
“Il-klijent xi nobbli.”
“Minn waħda mill-aktar familji eminenti fl-Ingilterra.”
“Nifraħlek, sieħbi l-għażiż.”
“Inserraħlek moħħok Watson, mingħajr artifiċjalita jew umilta’ falza, li l-status tal-klijent ftit li xejn jimporta għalija. Taf li jien f’każ inqis l-interess u l-isfidi li joffri. Biex inkun għedt kollox jidher li l-każ ta’ dan in-nobbli mhux nieqes minn dawn l-aspetti li jien infittex f’investgazzjoni ġdida. Dan l-aħħar kont qed taqra l-gazzetti b’interess kbir, hux hekk?”
“Hekk jidher,” għedtlu b’naqra dwejjaq, filwaqt li urejtu munzell kbir ta’ karta stampata fir-rokna. “Ma kelli xejn aktar x’nagħmel.”
“Hallik mill-buli, din hi xorti tajba għalija għaliex tista’ tagħtini l-aħħar aħbarjiet. Jien ma naqra xejn ħlief kriminalita’ u l-paġna ta’ l-avvizi. Ta’ l-aħħar dejjem jagħtu xi informazzjoni iżda mhux biżżejjed. Issa jekk int segwejt ċerti ġrajjiet mill-qrib bilfors qrajt dwar it-tieġ ta’ Lord St Simon.”
“Iva, da żgur, b’interess kbir.”
“Tajjeb ħafna. L-ittra li għandi f’idi hi minghand Lord St Simon. Jien ħa naqralek l-ittra u inti trid tgħaddili dawk il-gazzetti u turini fejn hemm referenza għal din l-affari. L-ittra tghid hekk.
Għażiż Sherlock Holmes
Lord Backwater igħidli li nista’ nafda kompletament fuq l-inġenjożita’ u d-diskrezzjonji tiegħek. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni ta’ Lord Backwater iddeċidejt li ngħaddi għandek. Nixtieq nikkonsultak dwar il-ġrajjiet li seħħew fit- tieġ tiegħi liema esperjenza kienet ta’ tbatija u inkwiet konsiderevoli. Mr Lestrade ta’ Scotland Yard   diġa qed jaħdem fuq il-każ, iżda assigurani li m’għandu xejn kontra l-kooperazzjoni tiegħek, anzi jaħseb li tista tkun ta’ fejda. Ngħaddi għandek fl-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Jekk dak ħin għandek xi qadja oħra, nittama li tipposponiha. Tifhem li dan il-każ hu ta’ importanza massima.
Dejjem Tieghek                                                                                                                             Robert St Simon
“Intbagħtet minn Grosvnor Mansions, miktubha b’pinna tar-rixa, u in-nobbli kellu x-xorti ħażina li jċappas bil-linka n-naħa ta’ barra ta’ subajh iżżgħir tal-lemin,” rrimarka Holmes hekk kif tewa l-ittra.
“Qed igħid  ġej fl-erbgħa. Issa t-tlieta. Siegħa oħra jkun hawn.”
“Mela għandi bizzejjed ħin biex bl-għajnuna tiegħek ikolli ideja ċara tal-każ. Gib dawk il-gazzetti ‘l hawn u rranġa t-tagħrif fuq it-tieġ f’ordni kronoloġiku.Filwaqt li nsir naf xi ħaġa dwar l-klijent tagħna. Qabad ktieb aħmar minn ringila ta’ kotba ta’ referenza li kellu fuq l-ixkaffa tal-fuklar. “Hawn aħna,” qal waqt li fetaħ il-ktieb fuq għarkubtejh. “Robert Walsingham de Vere St Simon, it-tieni tifel tad-Duka ta’ Balmoral! – Il l-aħwa!” “Armi: kulur lapislazzulu, fuq tliet carltrops (3), b’faxx iswed fin-nofs. Twieled fl-1846.” Għandu wieħed u erbgħin sena, li jagħmluh biex ngħidu hekk, pjuttost matura għażżwieġ. Kien Sotto-Segretarju għall-kolonji f’Amministrazzjoni ta’ dawn l-aħħar snin. Fl-imgħoddi missieru kien Segretarju tal-Affatijiet Barranin. Huma jirtu d-demm tal-Plantagenets (4) b’dixxendenza diretta u dak tat-Tudors (5) minn-naħa tal-mara. Uff! Paroli vojt biss! Ma hemm xejn informattiv f’dan kollu. Naħseb ikun aħjar li ndur fuqek Watson, zgur ħa tagħtini tagħrif siwi.”
“Ma tantx sibtha diffiċli nsib dak li rrid,” għedtlu, “Il-fatti huma pjuttost riċenti, u l-affari laqtitni għax mhux soltu tiġri. Qgħadt lura mill ntgħarrfha lilek, għaliex kont naf li kellek xi stħarriġ għaddej, u  ma tieħux pjaċir tiddevja fuq suġġetti oħra.”
“Qed tirreferi għal dik il-problema żgħira tal-van tal-għamara ta’ Grosvnor Square. Hemm kollox irranġa ruħu – għalkemm tabilhaqq kollox kien ovvju mill-bidu. Jekk jogħġbok għaddili l-gazzetti li għazilt.”
“Ara l-ewwel darba li dehret xi ħaġa kien fil-kolonni personali tal-Morning Post, u kif tista’ tara tmur lura xi ftit ġimgħat u tgħid hekk: ‘Zwieġ ġie mifthiem’ tgħid, “u jekk l-għidut huma tajbin, fi żmien qasir ħa jsir żwieġ bejn Lord St Simon, it-tieni tifel tad-Duka ta’ Balmoral u s-sinjorina Hatty Doran, l-unika tifla ta’ Aloysiud Doran ta’ San Francisco, California U.S.A.” Dak kollox.
“Qasir u tal-punt m’hemmx kliem żejjed,” rrimarka Holmes.
“Hemm paragrafu li jagħti aktar dettalji fil-ġurnali soċjali ta’ l-istess ġimgħa. Iva, sibtu. “Dalwaqt ser ikun hemm sejħa għall-protezzjoni fis-suq tażżwiġijiet, fil-preżent il-prinċipji tal-kummerċ ħeles jidhru li qed ikollhom effett kbir fuq il-prodotti tagħna. Waħda wara l-oħra t-tmexxija tal-familji nobbli tar-Renju Unit qed jgħaddu f’idejn il-kuġini bjondi tagħna minn-naħa l-oħra ta’ l-Atlantiku. Zieda oħra importanti f’dan ir-rigward saret il-ġimgħa l-oħra mal-lista ta’ trofej li dawn l-invażuri ħelwin qed joħdulna hemm issa Lord St Simo. Dan l-għażeb nobbli li għal għoxrin sena dejjem żamm iebes għall-vleġġeġ ta’ l-imħabba, għadu kemm ħabbar iżżwieg imminenti tiegħu ma’ Miss Hatty Doran, is-sbejħa bint ta’ miljunarju Kalifornjan. Miss Doran hi mogħnija b’figura grazzjuża u wiċċ li jigbdek kienet l-attrazzjoni ewlenija fir-riċeviment ta’ Westbury House. Miss Doran hija l-uniku wild tal-miljunaru. Sorsi ta’ min jorbot fuqhom infurmawna li d-dota tagħha tammonta għal somma li taqbez bil-bosta s-sitt figuri, bi prospetti sbieħ għall-futur. Huwa sigriet magħruf li Lord Balmoral f’dawn l-aħħar snin kellu diffikultajiet finanzjarji tant biegħ il-pitturi tal-familja. Lanqas Il-qagħda ta’ Lord St Simon ma hiex waħda rassikurtanti għaliex m’għandux propjeta ħlief xi artijiet zgħar f’Birchmoor. Jidher mela ovvju li l-werrieta Kalifornjana mhux se tkun hi biss li tgawdi minn din l-allejanza għax minn oriġini komuni ta’ werrieta repubblikana ħa tieħu titlu ta’ waħda mill-aqwa familji Nobbli’ Brittaniċi.”
“Baqa’ xi ħaġa oħra?,” staqsa Holmes jittewweb.
“U kif, anzi ħafna. Hawn fil-Morning Post sibt nota oħra. Din tgħid li t-tieg għandu jkun wieħed sempliċi kemm jista’ jkun, li se jsir ġewwa l-knisja ta’ San Gorġ f’Hanover Square u  xi nofs tużżana ħbieb intimi se jiġu mistiedna. Wara ħa jmorru lura fid-dar ġewwa Lancaster Gate li ġiet mikrija minn Mr Aloysius Doran għall-kolazzjon tat-tieġ. Jumejn wara – jiġiefiri – l-Erbgħa li għaddew tħabbar xott xott li l-għarus u l-għarusa kien se jgħaddu qamar il-għasel għand Lord Backwater, ħdejn Petersfield. Dak hu kull ma deher fil-gazzetti sakemm l-għarusa ma dehritx aktar.”
“Ieqaf naqra. Qabel xhiex?”
“L-għibien tas-sinjorina.”
“Mela meta sparixxiet?”                                                                                                     “Waqt il-kolazzjon tat-tieġ.”
“Tassew? Mela din il-biċċa ħa tkun aktar interessanti milli ħsibt. Anzi, tabilħaqq drammatika.”
“Anki lili laqtitni għall-pekuljarita’ tagħha.” Rrispondejtu.
“Is-soltu jgħibu qabel iċ-ċerimonja tażżwieġ, jew waqt il-qamar il-għasel. Qatt ma smajt xi ħaġa ta’ din ix-xorta. Jekk jogħġbok spjegali x’ġara.”
“Ha ngħidlek biex tkun taf. Hemm bosta punti neqsin.”
“Ejja nippruvaw nagħmluhom inqas milli huma.”
“Mela, il-ġrajja kif rappurtatha fil-gazzetta hija f’artiklu tal-bieraħ li ħa naqralek. It-titlu hu “Inċident mhux tas-soltu f’tieġ tas-soċjeta għolja.”
‘”Il-familja ta’ Lord St Simon sabet ruħha f’baħar inkwiet riżultat tal-ġrajjiet strambi li seħħew fit-tieġ tiegħu. Iċ-ċerimonja kif il-bieraħ tħabbar fil-gazzetti, seħħet l-għodwa ta’ qabel. Issa pero’, nistgħu nikkonfermaw l-igħidut strambi li ilhom jippersistu dwar dan l-avveniment. Minnkejja l-attentati tal-ħbieb tal-għarus biex iżommu kollox mistur, xorta waħda l-pubbliku sar jaf b’kollox. Tant hu hekk li hu inutili li jagħmlu ta’ bir-ruħhom li ma ġara xejn meta dak li ġara hu fuq fomm kulħadd.”
‘” Iċ-ċerimonja saret fil-Knisja ta’ San Gorg f’Hanover Square, kienet waħda ta’ ton kwiet ħafna. Fil-fatt ħadd ma kien preżenti ħadd  ħlief missier l-għarusa, Mr Alysius Doran, id-Dukessa ta’ Balmoral, Lord Backwater, Lord Eustace u Lady Clara St Simon ( hu z-zgħir u oħt l-għarus) u Lady Alicia Whittington. Wara ċ-ċerimonja l-grupp irħiela lejn id-dar ta’ Mr Aloysius Doran f’Lamcaster Gate fejn kien hemm ippreparat kolazzjon. Milli jidher xi mara li isimha mhux magħruf, qajmet xenata meta ppruvat tidħol għar-riċeviment iżda ġiet malajr mitfuha ‘l-barra mill-butler u qaddej. L-għarusa li b’xorti tajba kienet diġa daħlet qabel ma NB 02nqala’ dan l-inċident, u  poġġiet fuq il-mejda ma’ l-oħrajn. Wara ftit qalet li ma kienitx qed tħossha f’sikkitha u ritirat lejn kamrita. Peress illi ddawret ma tiġi lura saru xi kummenti u missierha mar jara x’inqalalha. Kif wasal ħdejn il-kamra ta’ bintu il-qaddejja personali tagħha qalet li Miss Doran damet f’kamrita il-ħin kemm ġabet kappell u coat ulster u ħarget tiġri l-isfel. Wieħed mill-qaddejja qal li ra mara   liebsa hekk ħierġa mid-dar iżda ma riedx jemmen li dik kienet l-għarusa, ħaseb li  kienet mara l-oħrajn. Meta Doran għamel ċert li bintu għebet għamel kuntatt mal-puluzija u malajr bdew l-investigazzjonjet li probabbilment jagħtu riżultat f’qasir żmiem. Sa tard il-lejl li għadda, ma sar magħruf xejn fejn tista’ tkun is-sinjorina. Hemm igħidut li wara dan l-igħibien hemm xi att kriminali u qed jingħad li l-puluzija arrestat ‘il-mara li qajmet dak l-istorbju quddiem ir-residenza ta’ Alysius Doran. Is-suspetti hu bażat fuq igħira. L-inċident li qajmet jindika li għandha x’taqsam ma’ l-igħibien ta’ l-għarusa.”
“Dak kollox?” staqsini.
“Dettal żgħir f’gazzetta oħra ta’ dal-għodu. Imma wieħed suġġestiv ħafna.”
“U dan hu?”
“Li Miss Flora Miller, il-mara li qalgħet l-istorbju u ġiet arrestatha. Milli jidher kienet żeffiena fl-club Allegro u ilha taf l-għarus għal bosta snin. M’hemmx aktar dettalji, u l-każ issa hu f’idejk – għalissa dak li qed jirrapurtaw il-gazzetti.”               “Jidher każ interessantissimu. Alla ħares tliftu għax kien jiddispjaċini. Smajt sew? Iva il-qanpiena tal-bieb qed iddoqq, u l-arloġġ qed jimmarka ftit minuti wara l-erbgħa, bla dubju wasal il-klijent nobbli. Ara biss jidħollok f’moħħok li twarrab, għaliex nippreferi ikolli xi ħadd   biex jikkonferma dak li jkun għadda bejni u l-klijent.”
“Lord St Simon,” introduċieh it-tfajjel messaġier tagħna, hu u jiftaħ il-bieb. Daħal NB 03ġentlom b’wiċċ fabbli, u imrabbi tajjeb. Kien pjuttost bajdani b’imnieħer għoli, u nuqqas ta’ sabar madwar ħalqu, u bl-għajn soda  ta’ bniedem li xortih dejjem kienet li jikkmanda u jkun obdut. Kellu xeħta ta’ bniedem enerġetiku, iżda fl-istess ħin id-dehra tiegħu ħalliet impressjoni li kien ikbar milli hu fl-eta. Dan għaliex surtu kienet inklinata ‘l-quddiem, u kien jimxi b’rkupptejh naqra mgħawwġin. Kif neħħa l-lobbja nnunajt li xagħru kien griż fil-ġnub u ħafif fuq qurriegha. Kien liebes b’reqqa kbira li kważi kważi kont nazzarda niġġudikah bħala vanituż. Kien l-liebes qmis bl-għonq wieqaf, frock-coat iswed , sidrija bajda, ingwanti sofor, par żarbun tal-ġilda ordnati apposta għalih, u getti (6) ta’ kulur ċar. Daħal bil-mod iħares lejn il-lemin u lejn ix-xellug u jbandal f’idu l-leminija katina rqiqa li magħha kien indendel nuċċali kulur id-deheb.
“L-għodwa t-tajba, Lord St Simon,” qallu Holmes filwaqt li qam bil-wieqfa u għamillu inkin. “Jekk jogħġbok poġġi fuq dak is-siġġu tal-qasab. Dan hu l-ħabib u kollega Dr Watson. Ersaq naqra lejn in-nar u nistgħu nibdew nitkellmu dwar dan is-saram.”
“Hi ġrajja ta’ niket għalija, kif naħseb tista’ timmaġina Mr Holmes. Laqtitni fil-laħam il-ħaj. Nifhem li diġa ħadt taħt idejk bosta każi delikati ta’ din ix-xorta. Naħseb li ftit li xejn kienu mill-l-istess klassi soċjali bħal tiegħi.”
“Għandek raġun. Bil-każ tiegħek fil-fatt qed ninzel bosta turġien mis-sellun soċjali.”
“Skużani mhux qed nifhmek.”
“L-aħħar klijient li kelli kien Re.”
“Bis-serjeta? Ma kelli l-ebda ideja, U min kien dan ir-Re?”
“Ir-Re ta’ l-Iskandinavja.”
“Kif! Dan tilef ‘l-martu wkoll?”
“Tifhem,” qallu Holmes b’ton pulit, “Jien nżomm kunfidenzjalita assoluta dwar il-każi tal-Klienti tiegħi. Kunfidenzjalita assoluta li ħa niggarantixxi lilek ukoll.”
“Da żgur! Sewwa qed tgħid! Sewwa qed tgħid! Nitolbok tiskużani. Dwar il-każ tiegħi lest li ngħinek billi nagħtik kull tagħrif li jista’ jgħinek tifforma opinjoni.”
“inroddlok ħajr. Diġa naf kull ma hemm fil-gazzetti, xejn iżjed. Naħseb dan l-artiklu fuq igħibien ta’ l-għarusa hu korrett.”
Lord St Simon taħ daqqa t’għajn, “Iva hu korrett f’kull ma jgħid.”
Holmes wieġeb, “Iżda għandi bżonn aktar tagħrif biex wieħed ikun jista’ jifforma opinjoni. Naħseb li nista’ nasal għall-fatti konkreti jekk nistaqsi lilek direttament “Nitolbok, staqsi li trid.”
“Fejn iltqajt ma’ Miss Hatty Doran?”
“Sena ilu f’San Francisco.”
“Kont qed tivjaġġa fl-Istati Uniti?”
“Sewwa qed tgħid.”
“F’dak il-perjodu tgħarrastu?”
“Le.”
“Iżda, biex ngħid hekk sirna ħbieb?”
“Kont nieħu pjaċir bil-kumpanija tagħha, u hi indunat b’dan.”
“Missierha hu għani ħafna?”
“Jingħad li hu l-aktar bniedem sinjur fil-kosta tal-Pacifiku.”
“Kif għamilha l-furtuna tiegħu?”
“Fil-minjieri tad-deheb. Sa ftit snin ilu ma kellu xejn. Wara ftit sab id-deheb, investa tajjeb u fi zmien qasir stagħna.”
“Issa rridek tagħtini ideja ta’ x’inhi l-impressjoni tiegħek tas-sinjorina – jew aħjar, x’taħseb dwar il-karattru tagħha?”
In-nobbli bandal in-nuċċjali b’naqra aktar ħeffa u ħares lejn in-nhar. “Ara Mr Holmes,” qallu, “Marti kellha għoxrin sena qabel ma missierha sar sinjur. Matul dak iżżmien kienet tiġri ħielsa f’kominita’ ta’ nies ifittxu deheb fil-minjieri. Kienet ħielsa tigri fil-boskijiet, l-muntanji u xmajjar, bogħod miċ-ċivilta’. Tifhem mela li edukazzjoni tagħha ħaditha minn-natura mhux minn xi għalliem fi skola. Marti hi dik li aħna f’pajjiżna insejħulha tifla mqaċqcċ b’imġieba ta’ tifel, b’natura b’saħħitha, u ma hi mansa xejn għaliex mhiex marbuta ma’ l-ebda tip ta’ konvenzjoni. Tagħmel li jfettilha mingħajr ma tqis xejn – vulkanika – hu aġġettiv li jorqomha sew. Tieħu deċizjoni f’ħakka t’għajn, hi riżoltha u ma tibżax twettaq dak li tkun daħħlet f’rasha. Fl-istess ħin ma kontx nagħtiha l-isem li għandi l-unur li nġib (hawn qaħqaħ qisu xi ras kbira) kieku ma ħassejtx li fl-aħħar mill-aħħar hi mara nobbli. Nemmen li għandha ċertu qlubija u lesta biex tissagrifika lilha nfisha, u kull ma hu disonorabbli tistmerru.”
“Għandek ritratt tagħha?”
“Gibt dan miegħi.” Fetah kaxxetta li kellu mal- giżirana, u wrina wiċċ ta’ mara tabilħaqq sabiħa. Ma kienx ritratt iżda minjatura tal-avorju. L-artist bil-ħila kbira li kellu ħareġ l-effett kollu ta’ xagħra iswed, għajnejn kbar u skuri, u ħalq delikat . Holmes ħares lejha fit-tul u b’ċertu severita’. Għalaq il-kaxxetta u taha lura li Lord St Simon.
“Naħseb li s-sinjorina ġiet Londra u ġeddedt il-kuntatti li kellha miegħek.”              “Sewwa qed tgħid. Missiera ġabha Londra għall-istaġun (7). Iltqajna bosta drabi, tgħarrastha u issa zewwiġtha.”
“Jingħad li ġabet magħha dota ta’ ċerta entita’”
“Dota ġusta. La inqas u l-anqas izjed li hu normali għall-familja tiegħi.”
“U nifhem li din, naturalemt, ħa tibqa’ għandek għaliex iżżwieġ hu lest sar”
“Ngħidlek is-sew ma  smajt xejn dwar dan is-suġġett.”
“Naturalment. Rajtha lil Miss Doran lejliet it-tieġ.”
“Iva.”
“Kienet kuntenta?”
“Qatt ma rajtha daqshekk għal qalbha. Tkellimna ħafna dwar il-ġejjieni ta’ ħajjitna flimkien.”
“Tassew? Interessanti ħafna. U f’jum it-tieġ?”
“Kellha wiċċha għad-dawl u ferħana – għall-inqas sa wara ċ-ċerimonja.”
“Dak il-ħin nnotajt xi bidla fl-imġieba tagħha?”
“Ara, biex ngħidlek is-sew, rajt l-ewwel ħjiel meta innutajt li kienet daqsxejn nervuża u tilfet it-tempra fuq ċuċata. Iżda peress illi kienet ħaġa ta’ xejn ma tajtx każ. Tant li ma naħsibx li għandha x’taqsam ma’ l-igħibien ta’ Marti.”
“Xorta waħda igħidilna kollox.”
NB 04“U xejn, affarijiet tat-tfal. Kull ma ġara kien li waqt li kienet sejra lejn is-sagristija waqqgħet il-bukkett tal-fjuri. Kienet għadejja minn quddiem l-ewwel bank u l-bukkett waqa’ fil-bank. Ittardjajna sekonda iżda ġentlom li kien fil-bank ġabru u tahulha. Il-bukkett ma kien ġralu xejn. Iżda meta kellimtha fuq li ġara rrisponditni b’ton imqit, u fil-karrozzella, dehret illoġikament eċċitata għal ħaġa banali bħal din.”
“Tabilħaqq. Qed tgħid li kien hemm ġentlom fil-bank. Mela kien hemm il-pubbliku preżenti?”
“Da zgur. Hu impossibbli teskludihom meta l-knisja tkun miftugħa.”
“Dan il-ġentlom kien xi ħabib ta’ martek?”
“Le, le. Qed insejjaħlu ġentlom aktar b’kortesija, għaliex deher persuna komuni. Bil-kemm tajt kasu. Imma, skużani, naħseb li qed nizvijjaw mhux  ħażin minn dak li suppost qed niddiskutu.”
“Lady St Simon, giet lura mit-tieġ inqas ferħana  milli marret? X’għamlet meta daħlet fid-dar ta’ missiera?”
“Rajtha tittħadded mal-qaddejja personali tagħha.”
“U min hi din il-qaddejja?”
“Jisimha Alice. Hi Amerikana u ġiet  ma’ marti minn Kalifornja.”                     “Jaqgħu hemm xi rabta konfidenzjali bejnithom?”
“Zejda wisq ikolli ngħid. Jidhirli li s-sinjura tagħha kienet tagħtiha wisq libertajiet. Iżda, naturalement l-Amerikani jaraw l-affarijiet b’mod differenti minna.”
“Qed tistaqsini kemm damet titkellem mal-qaddejja Alice. U xi ftit minut? Iżda ma tajtx kas għax dak il-ħin kont moħħni f’xi ħaġa oħra.”
“Ma smajt xejn milli ntqal bejithom?”
“Lady St. Simon qalet xi ħaġa dwar jumping the claim (8). Hi mdorrija titkellem b’ċertu slang (9) li jużaw in-nies tal-minjieri. Iżda m’għandi l-ebda ideja x’ridet tgħid.”
“Is-slang Amerika xi kultant hu espressiv ħafna. X’għamlet martek meta temmet   tittkellem mas-serva.”
“Giet fil-kamra fejn kienet qed isir il-kolazzjon.”
“Labranzetta miegħek?”
“Le, waħedha. Hija indipendenti ħafna fuq ħwejjeġ bħal dawn. Wara poġġiet għal xi għaxar minuti. Qamet bil-ħeffa kollha, skużat ruħha, ħalliet il-kamra u ma rajthiex aktar.”
“Imma skond il-qaddejja Alice, jekk fhimt sew marret fil-kamra tas-sinjura, għattithielha l-libsa tat-tieġ b’coat Ulster twil, martek imbagħad libset kappell u ħarġet.”
“Sewwa qed tgħid. Wara rawha tipassiġġja f’Hyde Park (10) ma’ Lady Flora Miller li dal ħin tinsab arrestata u li diġa għamlet storbju sħiħ ħdejn ir-rezidenza ta’ Mr. Doran.”
“Iva. Nitolbok biex tagħtini ftit tagħrif fuq din il-mara żagħżugħa u x’relazzjoni għandek magħha.”
“Lord St Simon refa’ spallejh u għolla n-naħa fuq ta’ ghajnejh. Konna ħbieb għal bosta snin – nista’ ngħid ħbieb sewwa. Kienet tkanta fl-Allegro. Jien ġibt ruħi magħha b’mod ġentili ħafna, u hi m’għandha l-ebda ġustifikazzjoni biex tilmenta kontra tiegħi. Imma taf kif inhuma n-nies, Mr Holmes. Flora kienet persuna gustuża, imma kella rasha sħuna u kienet marbuta miegħi bi ħrara kbira. Meta saret taf biżżwieġ tiegħi kitbitli ittri tal-biża’. U biex ngħidlek is-sewwa r-raġuni għaliex għamilt tieġ kwiet kienet għaliex bżajt li jkun hemm xi skandlu fil-Knisja. Tant hu hekk hi ġiet ħdejn il-bieb ta’ Mr Doran wara li ġejna lura u għamlet ħilitha biex timbotta ruħhaġewwa. Bdiet ukoll tgħajjat kliem abbusiv lejn marti u saħansitra bdiet theddidha. Habat tajjeb li kont qed nistenna xi ħaġa hekk u tajt struzzjonijiet lill-qaddejja, li malajr tajruha ‘l-barra. Ikkwietat meta rat li ma kien se jiswilha għal xejn jekk tagħmel xenata.”
“Martek semgħet dan kollu?”
“Le, fortunatament.”
“Allura wara, rawha tipassiġġja ma’ din l-istess mara?”
“Iva. Mr Lestrade ta’ Scotland Yard jara dan bħala fatt serju ħafna. Qed jaħsbu li Flora nasbet lil marti, u għamlitilha xi nassa tal-biża’.”
“Insomma. Hu xenarju possibbli.”
“Int taħseb hekk ukoll?”                                                                                                          “Ma għedtx li hu probabbli. Iżda inti stess tħares lejn dan il-fatt bħala improbabbli.”
“Ma naħsibx li Flora tasal biex tweġġa dubbiena.”
“Tabilħaqq. Fl-istess ħin l-għira tista’ tbiddel karattru. Issa nitolbok x’inhi t-teorija tiegħek dwar dak li ġara?”
“Insomma, tajba din. Gejt hawn biex nfittex teorija, mhux biex nipproponi waħda jien. Tajtek il-fatti kollha. Pero la staqsejtni, nista’ ngħid li seta’ kien il-każ li possibilment l-eċċitament ta’ l-okkażjoni, konxja mill-fatt li soċjalment kienet se tagħmel pass kbir ‘il-fuq, u l-effett ta’ l-inċident ta’ Flora setgħu kienu piż mentali wisq għaliha.”
“Allura li tilfet ir-raġuni?” stqasieh Holmes.
“Iva. Għaliex meta tikkonsidra li abbandunat – mhux se ngħid lili, iżda dak kollu li bosta jistgħu biss joħolmu dwaru – Ma nistax nispjega b’mod ieħor dak li ġara.”
“Ngħidu hekk anki din hija ipoteżi plawsibbli,” rrispondih Holmes jitbissem. “U issa Lord St Simon, naħseb li kważi għandi t-tagħrif meħtieġ. Nista’ nistaqsi jekk kontx bil-qegħda fuq il-mejda tal-kolazzjoni f’pożizzjoni li tista’ tara barra t-tieqa?”
“Stajt nara n-naħa l-oħra tat-triq u anki l-ġnien.”
“Hekk hu. Mela naħseb li għandi kull ma hu relevanti għall-każ. M’hemmx għalfejn inżommok aktar. Meta jkun il-waqt nikkomunika miegħek.”
“Jekk tkun xortik tajba li ssolvi l-każ.” Qallu l-klijient tagħna hu u jqun bil-wieqfa.
“Tħabbel rasek xejn. Il-każ solvejtu.”
“Eh? X’inhu?” staqsieh skantat Lord St. Simon.
“Qed ngħidlek solvejtu.”
“Mela fejni hi marti?”
“Dan hu dettalji li malajr ħa tkun taf dwaru.”
Lord St Simon xengel rasu, “Jiddispjaċini imma hemm bżonn rjus għorrief bil-wisq aktar minn tiegħi u min tiegħek.” Qal St Simon , baxxa rasu u telaq ‘il-barra.
“Qalbu tajba St Simon li jagħmilli l-unur li jpoġġi rasi fuq livell ma’ tiegħu,” qal Sherlock Holmes jidħak. “Nahseb li ħa nieħu whiskey u soda u sigarru wara dan l-interrogatoru. Kont diġa wasalt għall-konklużjoni tal-każ qabel il-klijient daħal fil-kamra.”
“U ejja Holmes! Mela int xi saħħar?” għedtlu daqsxejn innervjat.
“Eminni mhux qed neżegera. Għandi bosta noti fuq każi simili, għalkemm, kif għedt qabel, ma kienux daqshekk mgħaġġla. L-eżami li għamilt serva biex il-konġettura li kelli f’moħħi saret ċertezza. Evidenza bla provi ċari u konkreti xi drabi tista’ tkun konvinċenti wkoll, qisek meta issid trota fil-ħalib (11) biex nikkwotalek l-eżempju ta’ Thoreau (12).”
“Imma jien smajt kull ma smajt int.”
“Iva, iżda mingħajr ma kont taf dwar każi simili li seħħew qabel. Dan kien ta’ għajnuna kbira għalija. Kien hemm per-eżempju każi kważi l-istess f’Aberdeen, kif ukoll xi ħaġa fuq l-istess linji ġewwa Munich xi sena wara l-gwerra Franco-Prussjana (13). Hu wieħed minn dawk il-każi – imma qed nisma’ sew? Iva wasal Lestrade – Il-wara nofsinhar it-tajjeb Lestrade! Fuq il-gredenza hemm tazza tal-whisky u kaxxa sigarri.”
“L-uffiċjal tal-puluzija kien liebes ġakketta ħoxna double breasted (14) u xalpa ta’ materjal ħafif mdwar għonqu li tagħtu dehra nawtika (15) f’idejh kellu speċi ta’ bagalja tad-dokumenti sewda tal-canvas. Wara li selminna xott xott, qabbad is-sigarru li offrhielu Holmes.”
“X’Inqala’ Lestrade,” staqsih Holmes b’dik il-ħarsa mqarba. “Tidher inkwetat.”
“U nħossni inkwetat. Dan il-misħut każ St Simon. Ma nistax nsiblu rkabtu.”
“Tassew? Qed tissorprendini.”
“Int qatt smajt b’fatt daqshekk imħawwad? Kull ħjiel qisu jiżloq minn bejn subajja qisu ramel fin. Illi jum sħiħ naħdem fuqu.”
“U fuq kollox ixxarabt għasra,” qallu Holmes fil-waqt li poġġa idu fuq il-ġakketta ta’ Holmes.”
“Iva, kont qed infittex fis-Serpentine (16).
“U għafejn? F’ġieħ il-Bambin.”
“Biex forsi nsib il-katavru ta’ Lady St Simon.”
Sherlock Holmes infaqa’ jidhak bil-qalb.
“Ma fittxejtx il-funtana ta’ Trafalgar (17) għal li jista’ jkun hux?”
“Għaliex? Xi trid tgħid biha?” wieġbu Lestrate irritat mhux ħazin.
“Għaliex għandek mnejn ssib il-katavru kemm f’waħda u kemm fl-oħra.”
Lestrade ħares ħarsa bil-herra lejn Holmes. “Nissoponi taf kollox dwar il-każ.” Qallu b’rabja.
“Sewwa sew, għadni kemm smajt il-fatti tal-ġrajja, u diġa ddeċidejt x’ġara sew.”
“Eh, iva? U taħseb li s-Serpentine m’għandha x’taqsam xejn mal-każ.”
“Possibilta’ remota, remota ħafna.”
“Mela forsi tista’ġentilment tispjegali dak li sibna fiha?” Fetaħ il-bagalja u waqt li tkellem waqgħet minnha libsa tat-tieġ tal-ħarir, par skarpini tas-satin, bukkett tal-fjuri ta’ l-għarusa, velu bla kulur għasra bl-ilma.                                                  “Hemm,” qallu u poġġa fuq il-mejda l-libsa tat-tieġ.               NB 05                               “Hemm ġellewza għalik xi tkisser.”
“Tassew?” wieġbu sieħbi hu u jonfoh ċrieki koħol ta’ duħħan li imlew il-kamra b’riħa ta’ sigarri li saret qisha triq f’Londra qed tisparixxi fiċ-ċpar.. “Allura tellajt din mis-Serpentine?”
“Le. Sabhom l-għassies tax-xatba f’wiċċ l-ilma mal-ġemb. Gew indentifikati bħala l-ħwejjeġ tagħha. Allura jiena jidhirli li jekk il-ħwejjeġ insatbu hemm, ġisimha mejjet ma jistax ikun bogħod.”
“U ħallina Lestrade. Mela skond ir-raġunar brillanti tiegħek kull katavru li jinstab ikun fl-akkwati tal-kwardorobba tiegħu. B’din it-tejorija daqshekk fina x’ikkonkludejt?”
“Li hemm evidenza li timplika lil Flora Miller fl-għidbien ta’ Lady St Simon.”
“Jiddispjaċini ngħidlek li din il-linja ta’ investigazzjoni ħa tkun diffiċli biex twassal għal rizultati.”
“Iva, hekk taħseb?” għajjat Lestrade b’ton imqit. “Jiddispjaċini Holmes, li m’intix bniedem prattiku ħafna bid-deduzzjonjiet u konkluzjonjiet tiegħek. Mort żmerċ darbtejn f’zewġ minuti. Il-libsa timplika lil Miss Flora Millar.”
“U b’liema mod?”
“Fil-libsa hemm but. Fih hemm kaxxa ċkejkna fejn jinżammu l-bijetti bil-partikolarjiet personali. Fiha hemm nota. U din hija l-istess nota u tefagħha fuq il-mejda. Isma. “Tarani meta kollox ikun lest. Ejja mal-ewwel F.H.M.” Issa t-teorija tiegħi hi li mill-bidu net Flora Millar nasbet lill-Lady St Simon, u li Flora Miller bla dubju bl-għajnuna ta’ xi kompliċi, hi responsabbli li Lady St Simom ma dehritx aktar. Hawn l-inizjali tagħha fuq in-nota li indubbjament ingħatat lilha bil-moħbi, biex tiġbida taħt idejha .”
“Prosit Lestrade tajjeb ħafna,” qallu Holmes jidħak. “Ngħidlek bl-onesta’ kollha int tassew raġel sew. Halli nara n-nota.” Ha in-nota b’mod nervuż, izda malajr ikkonċentra l-attenzjoni tiegħu u esklama għajta żgħira ta’ sodisfazzjoni. “Tabilħaqq din in-nota hi importanti.”
“Eh iva? ssibha ta’ siwi?”
“Hafna wkoll. Sinċerament nifraħlek.”
Lestrade qam trijonfanti xengel rasu, “Imma!” weżaq “qed thares lejn in-nota fuq in-naħa l-ħażina.”
“Għal kuntrarju din hi n-naħa t-tajba.”
“In-naħa t-tajba, mela qed titlef minn moħħok! Ara n-nota bil-kitba tal-lapis fuqha.”
“U fuq din in-naħa jidher biċċa minn kont ta’ lukanda, li lili tinteressani ħafna.”
“M’hemm xejn fiha diġa rajtha sew,” qal Lestrade, “4 ta’ Ottubru kamra 8, kolazzjon 2s 6d, cocktail 1s, ikla ta’ nofs inhar 2s 6d u tazza sherry 8d, Ma nara xejn f’dan kollu.”
“Probabbli ħafna li ma fhimt xejn. Iżda xorta waħda din il-biċċa karta hi ta’ importanza kbira. Dwar in-nota propja dik ukoll hi ta’ siwi għaliex għandha dawk l-inizjali. Nerġa’ ngħidlek prosit                                                                                 “Insomma ħlejt wisq hin hawn,” qal Lestarde, “Nemmen f’xogħol iebes mhux noqgħod għas-sħana tal-fuklar nivvinta teoriji. Bonġu Mr Holmes. Issa naraw min ħa jsib tarf ta’ din l-affari.” Tefa l-ħwejjeġ li ġab miegħu fil-bagalja u telaq.”
“Suġġeriment żgħir Lestrade,” qallu Holmes bil-lajma, “Ha ntik is-soluzzjoni tal-każ. Lady St Simon hija fantasija, qatt ma eżistiet mara b’dan l-isem.”
Lestrade ħares b’ċertu dwejjaq lejn Holmes. Dar lejja tap tap tliet drabiet fuq ġbienu, xengel rasu u ħaffef ‘il-barra.
Kien għadu lanqas ħareġ mill-bieb li Holmes qam u libes il-coat. “Għandu raġun Lestrade dwar xogħol barra,” qalli, “Għalhekk Watson ħa jkolli nħallik fil-kumpanija tal-gazzetti għalissa.”
Sherlock Holmes telaq wara l-ħamsa. Imma ma kelliex ħin inħossni waħdi għaliex wara xi siegħa ġiet persuna li taħdem ma’ tal-ħelu b’ kaxxa mdaqqsa u ċatta. Dan ħall l-ispag ma’ ġuvnott li kien ġie miegħu u ħaġa ta’ l-iskantament, dehret ikla epikurjana (18) li dak li ġabhieli beda jpoġġi fuq il-mejda. Kien hemm żewġ galliniet, faġan, paste tal-fwied. Zewġ flixken tal-imbid antiki tant li  kellhom għanqbut. Hekk kif poġġew din il-barka t’Alla quddiemi telqu bħal ġenju (19) tal-lampa fl-Iljieli Għarbin (20) mingħajr ebda spjegazzjoni ħlief li kollox kien imħallas u ordnat għal dan l-indirizz.
Ftit qabel id-disgħa ta’ fil-għaxija daħal frisk frisk Sherlock Holmes. Kien jidher ħosbien, iżda l-ħarsa t’għajnejh ġiegħlitna naħseb li ma marx ħażin fil-konklużjonjiet tiegħu.”
“Qed nara li lestew għall-ikla ta’ fil-għaxija,” qalli jogħrok idejh.
“Qisek qed tistenna n-nies. Għax armaw għal hamsa.”
“Iva jkolli ngħid ħa jkolli xi mistiednin il-lejla,” qalli, “Qed niskanta kif Lord St. Simon għadu ma deherx. Iva, naħseb dawk il-passi telgħin it-taraġ huma tiegħu.”                                                                                                                            Tabilħaqq kien il-klijent tagħna ta’ filgħodu. Din id-darba deher eċċitat, u beda jdawwar bis-saħħa n-nuċċjali, b’espressjoni imkwetata fuq il-fattizzi aristokratiċi tiegħu.
“Mela l-messaġġier tiegħi sabek.” Qallu Holmes.
“Iva, nammetti li l-kontenut tal-messaġġ ħasadni bil-kbir. Dak li qed tallega ta’ min jorbot fuqu?”
“B’mod assolut.”
Lord St Simon intefa fuq is-siġġu u b’maktur ixxotta l-għaraq minn fuq ġbienu.”
“X’ħa jgħid id-duka,” gerger waħdu, “Meta jsir jaf li wieħed minn tal-familja ġie espost għal din l-umiljazzjoni?”
“Kien biss inċident. Ma naċċettax l-argument li din kienet xi umiljazzjoni.” Pprova jsabbru Holmes.
“Iva. Iżda inti tħares lejn l-affarijiet minn perspettiva differenti.”                            “Ma nistax nara li xi hadd għandu tort f’dan li ġara. Ma nistax nara kif il-mara setgħet tagħmel mod ieħor. Forsi il-mod mgħaġġel kif aġixxiet hu indubbjament deplorevoli. Tinsiex iżda li ma għandiex omm u ħadd li jista’ jagħtiha parir f’din il-kriżi.”
“Dan ma hu xejn ħlief insult, wieħed li sar fil-pubbliku,” qal Lord St Simon itaptap subagħjh fuq il-medja.
“Trid tikkonċedi naqra għall-fatt li s-sinjorina miskina sabet ruħha f’sitwazzjoni bla preċedent.”
“Mhu ħa nikkonċedi xejn. Ninsab irrabjat ħafna barra l-fatt li ġejt użat.”
“Naħseb smajt qanpiena,” qal Holmes. “Iva hemm il-passi fl-indana. Jekk jien ma nistax nipperswadik tieħu dak li ġara b’inqas ħruxija, Lord St. Simon, ġibt avukat li forsi jirnexxielu fejn jien fallejt,” fetaħ il-bieb u daħħal ġewwa mara u raġel. “Lord St. Simon,” qallu, “ippermettili nintroduċik ma’ Mr. u Mrs. Francis Hay Moulton. Is-sinjura naħseb li diġa ltqajt magħha,”
Hekk kif ra lil din il-koppja l-klient tagħna tar minn fuq is-siġġu u qagħad dritt qisu stanga, b’għajnejh iħarsu l-isfel u idejh mas-sidrija, stampa ta’ dinjita’ offiża. NB 06Is-sinjura resqet lejh u ħarġet idejha biex toħodlu b’idejh, iżda hu rrifjuta u baqa’ jħares l-isfel. Forsi kien tajjeb għar-ras iebsa tiegħu li baqa’ hekk għaliex ħaristha ħerqana għall-maħfra kienet iebsa biex tiċħadha.
“Irrabjat Robert,” qalet. “Ngħid is-sewwa għandek kull raġuni li tkun.”
“Nitolbok, l-ebda apoloġija għalija,” qal St Simon b’tom aspru.
“Iva, naf li miegħek ġibt ruħi ħażin ħafna, u li missni kellimtek qabel, imma kont konfuża, meta rajt lil Frank hawn, la kont naf x’qed ngħid u nagħmel. Ma nafx kif ma waqajtx b’ħas ħażin hemm quddiem l-altar.”
“Forsi Mrs Moulton, tippreferi li jien u il-ħabib tiegħi nħallu l-kamra waqt li qed tispjega l-affarijiet lil Lord St Simon.”
“Jekk nista’ nagħti l-opinjoni tiegħi,” rrimarka Mr Moulton, “Naħseb li diġa kellna wisq segretezza f’din l-affari. Ngħid għalija nixtieq li l-Ewropa u l-Amerika jkunu jafu l-fatti ta’ din il-ġrajja.” Kien raġel żgħir magħlub iżda mmuskolat, wiċċu ismar bix-xemx b’ħarsa intelliġenti u fuq tiegħu.”
“Mela ħa ngħid l-istorja tagħna,” qalet il-mara. “Frank u jien iltqajna fl-1882 , fil-kamp tal-minjieri bl-isem ta’ McQuire ħdejn il-muntanji Rockies (21) fejn missieri kien qed jaħdem fuq biċċa art. Ftit wara tgħarrasna, iżda darba minnhom missieri sab vina deheb kbira u malajr sar sinjur. Fil-waqt li l-art ta’ Frank kienet xotta mid-deheb u kellu jabbandunaha. Il-minjiera tad-deheb ta’ missieri bdiet tagħtih aktar deheb u missieri kompla stagħna filwaqt li Frank kompla jiftaqar.   .  Il-flus telgħu għal ras missieri għax ma ridx jaf li jien niżżewweġ lil Frank u biex forsi ninsih ħadni San Francisco (22) . Minnkejja dan Frank ma qatagħx qalbu u segwini hemm u kien jiltaqa’ miegħi bil-moħbi. Missieri kien jinkorla aktar li sar jaf. Jien u Frank ftehemna li hu jitlaq u jagħmel il-furtuna tiegħu u ma jiġix biex joħodni b’martu qabel ma jirenexxilu. Jien wegħdtu li nistennieh sa l-aħħar tad-dinja u tajtu kelmti li ma nieħu lil ħadd b’żewġi sakemm hu jibqa’ ħaj. “Missna naqbdu u niżżewwġu issa stess,” qalli, “B’hekk jien inkun moħħi mistrieh minnek u meta niġi lura ma noqgħodx nisħaq fuq id-dritt li niżżewwġek. Għoġbitni l-ideja u Frank fi ftit żmien rranġa kollox għaliex diġa tkun marti.”  Iżżewwigna fi Knisja żgħira u mwarrba u żewwiġna qassis zagħzugħ. Kif sirna ta’ xulxin Frank lanqas stenna għal qamar il-għasel għaliex telaq biex jistagħna u jien mort lura għand missieri.”
“Għadda xi ftit żmien meta smajt li Frank kien fl-istat tal-Montana (23), u minn hemm mar ifittex id-deheb fl-Arizona (24) imbagħad minn hekk mar  New Mexico (25). Ma smajtx aktar dwaru iżda darba ġie f’idejja artiklu ta’ gazzetta li rraporta attakk ta’ l-Indjani Apache(26) fuq kamp tal-manjieri. L-isem ta’ Frank kien fost dawn li tilfu ħajjithom. Tani ħass ħażin u domt xhur ma niflaħx. Missieri beża’  li saħħti kienet sejra lura u ħadni għand nofs it-tobba ta’ San Francisco. Għaddiet sena sħiħa u dwar Frank ma smajt xejn. Naħseb wieħed ma jlumnix meta rrassenjajt ruħi li Frank miet. Imbagħad ġie Lord St. Simon San Francisco u wara missieri u jien ġejna Londra. Kif tafu waqt iżżjara ġie rranġat iżżwieġ bejn Lord St. Simon u jien. Missieri kien ferħan se jtir iżda jien xorta ħassejt li l-ebda raġel fid-dinja ma seta jieħu l-post li kelli f’qalbi għall-povru Frank.
“Fl-istess ħin, kieku żżewwiġt lil St. Simon, inkun għamilt d-dover tiegħi lejh. Ma nistgħux nikkmandaw l-imħabba tagħna, iżda l-aġir tagħna iva. Tlajt fuq l-artal miegħu bl-intenzjoni li naqdi mill-aħjar li nista’ d-doveri tiegħi ta’ mart Lord St. Simon. Izda tistgħu taħsbu x’ħassejt meta ersaqt lejn l-altar u rajt lil Frank iħares lejja. Għall-ewwel ħsibtu xi ħares, izda meta rġajt ħarist, kien għadu hemm. B’għajnjeh kien qisu ried jistaqsini jekk ħadtx pjaċir jew le li qed narah. Ma nafx kif ma waqajtx. Naf żgur kollox beda jdur biha u l-kliem tal-qassis kienu qishom il-ħoss ta’ żunżana f’widnejja. Ma kontx naf x’se naqbad nagħmel. Inwaqqaf ic-ċerimonja u nagħmel xenata fil-knisja? Erġajt ħarist lejh u deher li kien jaf x’kien għaddej minn moħħi. Għolla subgħajh lejn xuftejh u wara rajti jikteb xi ħaġa fuq biċċa karta, kont ċerta li kienet nota għalija. Kif għaddejt minn ħdejh waqqajt il-bukkett tal-fjuri u tani nota meta rritornali l-bukkett. Kienet biss sentenza fejn talabni biex immur miegħu meta jagħmillli s-sinjal. Kont ċerta li l-ewwel dover tiegħi kien issa lejh, u kont determinata li mmur miegħu fejn ried joħodni.
“Meta mort lura d-dar għidt lil qaddejja tiegħi li kienet tafu f’California (27) u dejjem kienet ħabiba tiegħu. Ordnajtilha ma tgħid xejn lil ħadd, iżda biex tippakkjali xi affarijiet u tlestili l-coat. Naf li kelli ngħid xi ħaġa lil Lord St. Simon, imma kien wisq diffiċli b’ommu u dawk in-nies preżenti. Iddeċidejt li naħrab u nispjega wara. Lanqas kont għadni fuq il-mejda għaxar minuti meta rajt lil Frank mit-tieqa. Għamilli sinjal biex immur ħdejh u beda miexi fil-ġnien. Hriġt mill-kamra, ilbist u mort warajh. Dak il-ħin xi nisa kienu qed jgħiduli xi ħaġa dwar NB 07Lord St. Simon – jekk niftakar sew huma rreferew għal xi sigriet tiegħu – iżda qajla tajt kas xi bdew igħidu u ħaffift biex nilħaq  lil Frank. Kif iltqajna ħadna karrozzella u soqna lejn dar f’Gordon Square. Wara dak is-snin kollha nistennew kien wasal fl-aħħar il-veru tieġ tagħna. Frank kien prġunier tal-Apache, ħarab u mar San Francisco u sab li jien kont ħsibtu mejjet u mort lejn l-Ingilterra. Gie hawn warajha u fl-aħħar sabni fil-ġurnata tat-tieni tieġ tieghi.’
“Rajt l-avviż f’gazzetta,” spjega l-Amerikan. “Kien hemm l-isem tal-Knisja iżda mhux l-indirizz .”
“Imbagħad iddiskutejna x’għadna nagħmlu. Frank ried li kollox isir magħruf, iżda jien stħajt u xtaqt nisparixxi u ħadd ma jarani iżjed. Aħjar nibgħat nota lil missieri biex nuruh li għadni ħajja. Hu tal-biża’ għalija naħseb f’dawk in-nobbli kollha bil-qegħda madwar il-mejda jistennewni niġi lura.
Frank ħadli l-ħwejjeġ tat-tieġ, għamilhom sorra u ramhiehom x’imkien fejn ħadd ma jsibhom. Wisq probabbli għada konna nkunu Pariġi, iżda dan ir-raġel sew, Mr. Holmes il-lejla ġie jarana, għalkemm kif sabna ma nafx. Hu  fehemna b’mod ċar u bil-kelma t-tajba li jien kont qed niżbalja u li Frank kellu raġun u konna niżbaljaw jekk inżommu kollox mistur. Mr Holmes offrhieli l-opportunita li nkellem lil Lord St Simon privatament. Kif qed tara ġejna mal-ewwel u jiddispjaċini ħafna jekk kont ta’ uġigħ għalik. Nittama li ma tkunx kiefer fil-ġudizzju tiegħek lejja.”
Lord St Simon bl-ebda mod ma rattab il-qagħda iebsa tiegħu, iżda sema’ dan ir-rakkont kemmxejn twil bi ġbienu mkemmex u xufftejh imġebbdin.
“Skuzani,” qalilha, “Iżda mhux id-drawwa tiegħi li niddiskuti l-affarijiet personali u intimi tiegħi fil-pubbliku.”
“Mela mhux se taħfirli? Mhux se toħodli b’idejja qabel ma mmur?”
“Certament, jekk jissodisfak.” Hareġ idu b’mod kiesaħ u qabbilha idha maħruġa.”
“Kont nittama,” ssuġerixxa Holmes, “li tingħaqad magħna għal din l-ikla bejn il-ħbieb.”
“Naħseb qed titlob wisq minni,” wieġbu St. Simon. “Jista’ jkun li nkun sfurzat li NB 08naċċetta dawn il-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar. Imma ma naħsibx li tippretendi li nkun kuntent bihom. Ikun aħjar, bil-permess tiegħek, jekk ngħidilkom il-lejl it-tajjeb.” B’inkin sellem lil kulħadd u mexa dritt u bil-mod barra mill-kamra.
“Mela nispera li tonorawni bil-kumpanija tagħkom,” qal Sherlock Holmes. “Nieħu pjaċir ħafna niltaqa’ ma’ Amerikani, Mr Moulton, għax inħoss li hemm rabta kbira bejn il-pajjiżi rispettivi tagħna u nittama li t-tfal tagħna  jkunu ċittadini ta’ pajjiż wieħed taħt żewġ il-bnadar l-Union Jack (28) u l-Istars and Strips (29).”
“Il-każ kien interessanti,” rrimarka Holmes, meta kulħadd kien telaq, “Għaliex iservi biex juri kemm spjegazzjoni tista’ tkun sempliċi meta għall-ewwel il-ġrajja tidher kważi kważi m’għandhiex spjegazzjoni. Xejn ma hu aktar naturali mis-sensiela ta’ġrajjiet li rrakontat din il-mara. U xejn inqas stramb hu ż-riżulta ta’ din l-esperjenza kif ħares lejha Lestrade.
“Mela il-ħin kollu kellek raġun.”
“Mill-bidenett, żewġ fatti dehru ovvji għalija, li s-sinjura kienet lesta bil-qalb kollha li tiżżewweġ, l-oħra li reġa’ bdielha ftit minuti wara li ġiet id-dar. Naturalement indikazzjoni li kien ġara xi ħaġa matul il-jum biex ġiegħlha tbiddel fehmtha. X’setgħet kienet ir-raġuni għal dan? Ma kellha l-ebda opportunita li titkellem ma’ xi ħadd meta kienet barra għaliex kienet ma’ l-għarus. Mela forsi rat lil xi ħadd? F’dan il-każ bil-fors kien xi ħadd mill-Amerika għax ilha zmien qasir wisq f’pajjizna li żgur ma kellha rabtiet ma ħadd li seta’ jinflwenżaha b’tali mod li kif ratu dawwret il-pjanijiet kollha. Qed tara Watson kif bil-process ta’ esklużjoni, wasalna biex nikkonkludu li hi rat Amerikan. Mela issa rridu naraw min hu dan l-Amerikan, u fuq kollox għaliex għandu inflwenza qawwija daqshekk fuqha? Jista’ jkun xi maħbub, iżda fl-istess ħin jista’ jkun żewġha. Kont konxju mill-fatt li għalkemm mara ta’ eta’ żgħira għaddiet ħafna żmien f’ambjent iebes u salvaġġ, b’xeni ta’ġlied spissi u kondizzjonjiet oħra strambi. Sa hawn wasalt mingħajr ma kelli bżonn nisma’ x’kellu jgħidli Lord St Simon. Meta qalilna dwar ir-raġel fil-bank tal-knisja, u dwar il-bidla fl-imġieba ta’ martu, u ta’ l-istrataġemma trasparenti u ovvja li tigbor n-nota tiegħu billi tagħmel ta’ birruħha li waqqgħet il-bukkett tal-fjuri. Wara rrikorrit għall-qaddejja personali tagħha u kellmitha dwar claim jumping li fil-lingwaġġ tal-minaturi tfisser tieħu art li ħadd ieħor għandu dritt fuqha. Is-sitwazzjoni ċċarat ruħha qisu ħarġet ix-xemx u ddawwal kulimkien wara jiem griżi bix-xita. Hi ħarbet ma’raġel li kif għedtlek jew kien il-maħbub tagħha jew żewġha, l-probabbilta’ kienet aktar ix-xaqleb lejn l-ipotesi ta’ l-aħħar.”
“Kollox sew. Iżda kif sibtom?” Staqsejtu.
“Setgħet kienet biċċa xogħol iebsa li ma kienx il-ħabib tagħna Lestrade li kellu dik l-informazzjoni prezzjuża u lanqas kien jaf biha. L-inizjali kienu tabilħaqq importanti ħafna, iżda l-aktar biċċa informazzjoni kritika kienet li sirt naf li fi żmien ġimgħa ħallas il-kont f’waħda mill-aktar lukandi lussużi ta’ Londra.”
“Kif indunajt li kienet lukanda lussuża?”
“Bil-prezzijiet lussużi. Tmien xellini għal sodda u tmien soldi għal naqra sherry. Taqbel miegħi li dawn huma prezzijiet mhux għall-but ta’ kulħadd. Id-diffikulta kienet li hawn bosta lukandi f’Londra li għandhom dawn ir-rati ta’ prezzijiet. Kelli nibda nfittex, iżda kont xortiha tajba għaliex fit-tieni wieħda li mort nistaqsi ġewwa Nothamberland Avenue, sirt naf wara li rajt ir-reġistru tal-klijenti li ċertu Francis H. Moulton, Amerikan, kien ħalla l-lukanda l-ġurnata ta’ qabel. Komplejt ikkofermajt li kien hu meta qabbilt l-oġġetti li kien hemm fuq il-kont mar-reġistru tal-kontijiet tal-lukanda. Minn hemm sirt naf li hu ħalla l-indirizz ta’ 226, Gordon Square biex kull korrispondenza għalih li tasal il-lukanda jibaghtuhielu hemm. Mort bilġri hemm u kont xortija tajba li sibt il-koppja maħbubin hemm. Ippruvajt nagħtihom xi pariri ta’ missier, u nisħaqq magħhom li kien ikun aħjar għalihom li jagħmlu l-qagħda tagħhom pubblika u jiċċaraw kollox ma’ Lord St. Simon. Stidinthom hawn biex jiltaqgħu miegħu. Kif rajt l-appuntament żammejtu.”
“Sfortunatament ma tantx ħalla r-riżultati mixtieqa”, rrimarkajtu. “L-imġieba tiegħu ċertament ma kienet ġentili xejn.”
“Hekk hu, Watson,” qalli Holmes jitbissem, “Iżda, ngħiduha kif inhi. Forsi anki inti ma tantx tkun ġentili, jekk wara it-taħbit kollu tinnamra ma’ mara u tiżżewwiġha, u f’leħħa ta’ berqa issib ruħek imċaħħad mill-mara li tħobb u minn fortuna. Naħseb nagħmlu sew jekk niġġudikaw lil Lord St Simon b’mogħdrija. Ejja fuq kollox nirrigrazzjaw l-istilel tagħna li qatt ma sibna ruħna f’dik il-pozizzjoni u nisperaw li qatt ma nsibuna. Issa ġib siġġu, u newwilli l-vjolin, għaliex l-unika problema li baqagħlna nsolvu hi kif ħa ngħaddu dawn l-għaxijiet tal-ħarifa mċajpra u ta’ dwejjaq.

_________________________________________________________

Noti ta’ l-aħħar

1 Mongramma: L-inizjali ta’ xi ħadd li jkunu rakkmati fuq xi but tal-ġlekk jew xi ħaġa oħra eżempju maktur. Mongramma tista’ tkun stampata fuq karti ta’ l-ittri eċċ eċċ. Mela l-mongramma ta’ Mario Tonna hija MT. Mongramma tista’ tkun ukoll l-inizjali ta’ xi isem ta’ istituzzjoni. Ngħidu aħna f’Malta l-uniformijiet ta’ l-iskejjel jgibu monogramma tal-isem tal-iskola.
2 Scotland Yard: Il-Kwartieri Generali tal-pulizija metropolitana li għandha taħt il-ġurizdizzjoni tagħha  il-belt ta’ Londron. Illun tissejjaħ New Scotland Yard. L-isem ġej mill-ewwel post fejn twaqqfet Scotland Yard li kien 4 Whitehall Place. Dan il-post kont tista tidħol fih minn triq fuq wara bl-isem appuntu ta’ Great Scotland Yard. Mażżmien din l-entratura saret pubblika. Scotland Yard baqgħet hemm sa l-1890 iżda l-isem baqa’ l-istess.
3 Caltrops: Armamenti  żgħar magħmulin minn erba’ ħadidiet bil-ponot ta’ l-istess daqs. Dawn huma mwaħħlin ma’ xulxin biex meta jitwabbdu mal-art ikollok tlieta jagħmlu trepid biex iżommu r-raba’ ppuntata ‘il-fuq. Dawn jintużaw biex iferu żżwiemel u jtaqqbu jew iċartu it-tyres. Aktar effettivi meta jinxterdu fi kwantita  kbira fit-triq. Issa il-forma tagħhom kienet xi kultant tagħmel parti mill-arma ta’ xi familja nobbli.
4 Plantagenets: Familja rjali jew dinastija tal-punent ta’ l-Ewropa li damet minn  zmien il-Medju Evu sal-aħħar tal-Medju Evu. Geoffroy V de Plantagenê waqqaf din id-disastija meta żżewweġ lit-tifla ta’ Enriku I ta’ l-Ingilterra. Meta fl-1154 binhom Enriku III sar re l-Ingilterra kellha 14-il re min din id-dinastija. L-aħħar wieħed kien Rikkardu III. Enriku III iżżewweġ lil Eleonor of Aquitane u akkwista territorji kbar fl-Ewropa li kienu jestendu mill-muntanji Pirinej sa l-Irlanda u sal-fruntiera tal-iSkozzja. L-izjed re famuż tad-dinastija platagenget kien bla dubju Rikkardu I magħruf bħala Qalb tal-Ljun jew Richard the Lionheart. Hu kien it-tieni tifel mill-ħamsa li kelli Enriku II. Kellu taħt idejh bosta territorji izda jibqa mfakkar l-aktar għall-qlubija li wera waqt il-kruċjati. Il-battalji li kelli  mas-Sultan tal-Misilmin Saladin huma leġġendarji. Għal dawk dilettanti tal-football speċjalment tat-team nazzjonali Ingliż l-arma tat-tliet Iljunu li jġib it-team nazzjonali Ingliz hija l-arma tad-dinastija Plantagenet.
5 Tudor: Dinastija oħra Ingliża. Fil-fatt din oriġinat minn Wales. Damu jaħkmu l-Ingilterra u l-Irlanda mill-1485 sa l-1603. L-ewwel re ta’ din id-dinastija kien Enriku VII. Biex ħa tron u s-setgha  kellu jiġġieled u jegħleb lid-dinastija ta’ Lancaster fl-hekk imsejjħa gwerra tal-ward. Din id-dinastija tibqa’ tissemma għal Enriku VIII dak li żżewweġ sitt darbiet. Biex għamel dan hu inqata’ minn mal-knisja Kattolika u fforma l-knisja Anglikana u   flimkien ma’ Martinu Luteru nieda hekk l-imsejħa riforma reliġjuża li wittiet it-triq għall-protestanteżmu.
6 getti: Bl-Ingliż gaiters. Dawn jitlibsu fin-naħa ta’ ifsel tal-qalziet u jgħattu żżarbun. Jintlibes biex il-qalziet ma jithammiġ. Dawn ikunu magħmulin minn materjal li jirreżisti l-ilma bħal ġilda, u komoxxa. Illum huma magħmulim minn materjal sintetiku bħal polyester.
7 Staġun: Hawn qed jirreferi għall-istaġun soċali fejn is-sinjuri u nies tas-soċjeta għolja, illum ngħidulhom elit, jorganizzaw balljiet tad-debuttanti   biex jintroduċu għall-ewwel darba xebbiet li laħqu l-eta’ fis-soċjeta’. Barra dan kienu jorganizzaw pranzi kbar u attivitajiet għall-karita. Kienu jsiru wkoll wirjiet ta’ l-arti, tiġrijiet tażżwiemel u wirjiet ta’ fjuri. Kull minn seta’ kien jagħmel mill-aħjar li fi żmien l-istaġun ikun fil-belt. L-istaġun f’Londra beda fis-seklu 17 u laħaq l-aqwa tiegħu fis-seklu 19. Dan kien jibda fi żmien il-Milied u jibqa’ sejjer sa nofs Gunju.
8 Jumping the claim: Propjament claim ifisser dokument legali li jiċċertifika li biċċa art hija ta’ dak li jkun. Fi żmien meta nstab id-deheb f’Kalifornija u l-Klondike fl-Alaska u anki postijiet oħra eluf kienu marru jfittxu d-deheb. L-art ma kienet ta’ ħadd allura meta xi ħadd isib id-deheb jew jaħseb li sab id-deheb kien imur f’uffċju apposta u jitlob id-dritt li l-art issir propjeta tiegħi. Issa jumping the claim tfisser xi ħadd jisraq id-dritt ta’ ħadd ieħor fuq il-propjeta  ta’ art.
9 Slang: Kliem u frażijiet li ma jkunux parti mill-lingwa formali u rikonoxxuta tal-pajjiż. Is-slang jintuża ħafna minn nies komuni jew gruppi partikolari ta’ nies. Eżempju: minflok tgħid irrabjajt tgħid qabżitli ċ-ċinga. Dan l-aħħar iżżgħażagħ minflok ħriġt ma tfajla jgħidu għabbejt waħda.
10 Hyde Park: Wieħed mill-akbar ġonna rjali ta’ Londra. Matul l-istorja l-akbar manifestazzjonijiet ġewwa Londra saru f’Hyde park. Dan il-ġnien hu maqsum fi tnejn bejn is-Serpentine u the Long Water. Biswit Hyde Park hemm il-ġnien ta’ Kensington. Karatteristika partikolari għal Hyde Park hija l-ispeakers’ corner post   fejn min irid jitla’ fuq kaxxa u jagħmel diskors pubbliku fuq liema suġġett irid.
11 Trota fil-ħalib: Prova konkreta li ma tħalli l-ebda dubju.
12 Thoreau: Henry David Thoreau (1817 – 1862) Amerikan poeta, awtur, filosofu, naturalista u storiku li kien kontra l-iskjavitu u kontra t-taxxi.  Forsi l-aktar li baqa’ magħruf kien għall-essay Resistance to Civil Government fejn jargumenta favur il-konċett ta’ diżubbidjenza ċivili
13 Gwerra Franco Prussjana: Hawn qed jirreferi għall-gwerra bejn Franza ta’ Louis Napolean u l-konfederazzjoni Germaniża ta’ l-istati tat-tramuntana magħqudin ma’ l-istat Germaniż tal-Prussja taħt it-tmexxija ta’ Otto Von Bismark. Il-gwerra bdiet f’Lulju 1870 u spiċċat f’Mejju 1871 bir-rebħa Prussjana fil-battalja ta’ Sedan u l-assedju tal-fortizza ta’ Metz.
14 Double breasted: Glekk jew coat li minnflok ikollu ringila buttuni fuq quddiem ikollu  tnejn. Waħda minnhom tkun għad-dehra  biss mhux biex taqfel.
15 Nawtika: Xi ħaġa li għandha x’taqsam mat-tbaħħir, baħħara, bastimenti u navigazzjoni.
16 Serpentine: Għadira artifiċjali gewwa Hyde park għar-rikrejazzjoni tan-nies. Giet magħmula fl-1730 fi żmien il-reġina Carolina.
17 Trafalgar: Waħda mill-ikbar pjazzez ġewwa Londra mibnijja fejn   l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Charing Cross. Il-pjazza imbniet biex tfakkar il-battalja naval storika ta’ Ottubru 1805 meta l-Ammiral Horatio Nelson mexxa l-flotta Ingliża f’battalja mal-flotta Franciża u dik Spanjola taħt Napuljun ġewwa Cape Trafalgar fil-punent ta’ Spanja u ħareġ rebbieħ għalkemm tilef ħajtu. B’din ir-reħha l-Ingliżi serrħu rashom minn xi invażjoni Franciza. Fin-nofs tal-pjazza hemm colonna twila li fuqha hemm statwa ta’ Nelson meqjus l-ikbar eroj ta’ l-Ingilterra.
18 Epikurjana: Il-filosofija ta’ Epikuru  hija filosofija materjalista. Hu kien kontra s-superstizzjonu u reliġjon. L-għan ċentrali tal-filosofija ta’ Epikuru kien il-pjaċir. Dan jista’ jinkiseb jekk il-bniedem igħix ħajja sempliċi, ikun jaf id-dinja u jagħraf x’inhuma l-limiti tiegħu. Iżda illum il-filosofija Epikurjana hija assoċjata biss ma’ bagħrid, xalar u materjaliżmu.
19 Genju: Kif riferut fl-istorja ġenju hu ħolqien mitoloġiku li joħroġ minn x’ imkien eżempju lampa u jaqtagħlek  xewqtek.
20 Iljieli Gharbin: Ktbieb famuż ta’ħrejjef ambjentati fil-kultura għarbija. Fost l-aktar ħrejjef famużi hemm il-Lampa ta’ Aladin li minnha joħroġ il-genju u Ali Baba u l-Erbgħin Halliel.
21 Rockies: Waħda mill-ikbar qtajjen ta’ muntanji fil-punent ta’ l-Istati Uniti. tkopru distanza ta’ 4,830Km. Tibda mit-tramuntana fi British Colombia fil-punent tal-Canada, u tinżel lejn l-istat ta’ New Mexico fil-lbiċ ta’ l-Amerika. Dawn il-muntanji ġew iffurmati bejn 88miljun u 55miljun ilu. Illum huma protetti mill-gvern u huma wieħed minn numru kbir ta’ parks nazzjonali fl-Amerika.
22 San Francisco: Waħda mill-ikbar  bliet fl-Amerika  fl-stat ta’ Kalifornia. Hija ċentru importanti kulturali u finanzjarju. Giet fundata fl-1776 meta kolonjalisti Spanjoli bnew forti u missjoni li semmew għal San Franġisk ta’ Assisi. Din il-belt hi mibnija fuq art sismika jiġifieri suġġetta għal terrimoti. Fil-fatt fl-1906 għamel terrimot kbir li kisser 80% tal-belt u ħalla 3000 ruħ mejta.
23 Montana: Stat fil-punent tal-Amerika li aħna nassoċjaw mal-cowboys. Hu r-raba l-akbar stat. L-ekonmiija tal-Montana hija bbażatha fuq il-biedja l-aktar tkabbir ta’ċerejali.
24 Arizona: Stat ieħor tal-cowboys fil-lbiċ ta’ l-Amerika. Il-belt kapitali u l-ikbar belt ta’ dan l-istat jisimha Phoenix. Parti mhux ħażin ta’ dan l-istat hi dezert u foresti tal-Pini.
25 New Mexico: Stat li jinsab fil-lbiċ ta’ l-Amerika. Magħruf għall-muntanji. Gewwa dan l-istat hemm l-akbar numru ta’ emigranti mis-south Amerika imsejħa Hispanics. Għandu wkoll it-tieni l-akbar numru ta’ Indjani jgħixu hemm.
26 Apache: L-isem kollettiv ta’ numru ta’ tribujiet ta’ Indjani ħomor ta’ l-Amerka. Dawn jiffurmaw ir-razza propja Amerikana. Għalkemm ta’ l-istess grupp l-Apache għandhom ħafna gruppi ta’ kulturi differenti. Eżempju n-Navajo, Chiricahua, Mescalero, Jicarilla, u Lipan. L-Apache kienu jgħixu l-iktar fl-Arizona, New Mexica, Colorado, Oklamhoma u texas. Hemm numru kbir ta’ tribijiet ta’ Indjani ħomor fosthom Absentee-Shawnee tal-istat ta’ Oklahoma, Shosone fl-istat tal—Wyoming u l-Arapaho fil-lvant ta’ dan l-istat, u s-Sioux fil-Montana, ic-Cherokee u Cheeyenne ta’ Oklahoma. Dawn it-tribujiet li kienu jgħoddu mijiet ta’ eluf ġew meqruda mill-bojod biex ħadulhom t-territorji tagħhom li kien għonja bil-materja prima. Illum l-Indjani ħomor jgħixu f’riżervi li huma ftit aħjar minn kampijiet tar-refuġjati.
27 California: L-aktar stat li għandu nies fl-Amerika jinsab fuq il-kosta tal-punent. F’dan l-istat jinsabu l-ibliet kbar ta’ San Fancisco, Los Angeles u Oakland. Il-Belt kapital hija Sacrameto. Dan hu wieħed mill-isbaħ stati speċjalment fejn tidħol il-klima pero’ qiegħed fuq art li hi suġġetta ħafna għat-terrimonti. Fil-fatt parti kbira tal-art Kalifornjana tinsab fuq xaqq bejn żewġ mhedded kbar ta’ art, magħruf bħala   San Andrea’s Fault. Barra l-fatt li Kaliforna kellha esperjenzi ta’ terrimonti, esperti huma tal-fehem li dan ix-xaqq xi darba se jikkawza terrimot li   jeqred lil dan l-istat. In-nies ta’ Kalifornia jsejjħu dan it-terrimott li għad irid jiġi, bħala ‘The Big One’.
28 Union Jack: Din hija l-bandiera tar-Renju Unit li tinkludi l-kuluri ta’ l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Irlanda ta’. Il-bandiera għandha s-slaleb ta’ San Gorg Ingilterra, Sant Andrija Skozja, u San Patrizju Irlanda ta’ fuq. Hija wkoll il-bandiera semi uffiċjali tal-Commonwealth
29 Stars and Stripes: Il-bandiera ta’ l-Istati uniti ta’ l-Amerika. Magħmulha min 13-il strixxa ħamra u bajda u rettanglu blu li fih ħamsin stilla bajda. Kull stilla tirrapreżenta wieħed mill-ħamsin stat li jiffurmaw l-istati Uniti. It-tlettax-il stixxa jirrapreżentaw it-tlettax il-stat li fl-4 ta’ Lulju 1774 iddikjaraw ruħhom indipendenti mill-Ingilterra. Il-bandiera Amerikana hi msejħulha wkoll “Old Glory”

_________________________________________________________